Insalata bl-għaġin u l-laħam tal-granċ
Ingredjenti (għal erba' persuni)
225g għaġin tat-tip penne, jew inkella għaġin ieħor skond il-gosti tagħkhom
255g laħam tal-granċ
90g broccoli miż-żgħir
75g bżar aħdar, imqatta' biċċiet żgħar
75g tadam miż-żgħir, imqatta'
25g basal mill-aħdar, imqatta' fin
120ml mayonnaise
60ml salad dressing
25g ġobon Parmeġjan, maħkuk
Metodu
Itfgħu l-għaġin f'borma mimlija misħun u ħalluh isir bejn 8 u 10 minuti, jew inkella sakemm jiġi 'al dente'. Wara li jsir neħħuh mill-borma, kessħuh bl-ilma u itfgħuh f'reċipjent imdaqqas. Miegħu żidu l-laħam tal-granċ, il-broccoli, il-bżar aħdar, it-tadam u kif ukoll il-bżar.
Ħawwdu kollox sew u itfgħu għal ġenb. F'reċipjent ieħor, din id-darba iżgħar, ħawwdu f'daqqa il-mayonnaise, is-salad dressing flimkien mal-Parmeġjan.
Wara itfgħu din it-taħlita fuq dik ta' l-għaġin u ħallu kollox joqgħod fil-friġġ bejn sagħtejn u erba' siegħat. Jekk tridu tistgħu tagħmlu l-insalata iktar rikka billi tużaw wkoll xi frott tal-baħar, bħal ngħidu aħna xi ftit gambli.