Kultura

Ronan Keating

Ronan Keating imwieled fit- 3 ta’ Marzu 1977 f’ Dublin, l- Irlanda mhux biss hu mexxej tal– grupp popolari Boyzone, imma kantant solista bravu ħafna... apparti minn preżentatur tajjeb tat- television. Fil- fatt, diġa mexxa Eurovision Song Contest f’ Mejju tal– 1997, l- MTV Awards f’ Novembru ta’ l- 1997, il- konkors ta’ Miss World f’Novembru ta’ l- 1998 u, fuq it- television Ingliż, is- serje “Get your act together”, fil- bidu ta’ l- 1999.

Sadanittant ma jixtieqx li jkunu jafuh bħala preżentatur. Is- sodisfazzjon tiegħu qiegħed fil- kant li jikteb u jkanta. Imħabbtu, barra għal martu Yvonne (li żżewwigħa fit- 30 ta’ April 1998) u ibnu Jack Ronan Keating (imwieled fil- 15 ta’ Marzu 1999 u mgħammed fil- 11 ta’ Lulju) hija għall- mużika.

Imma barra minn dan kollu, sab il- ħin ukoll jgħin ivara grupp popolari, Westlife li kien il- manager tagħhom. Iħoss li din ukoll hija esperjenza li qiegħda tgħinu fil- ħajja professjonali tiegħu. Liż- żgħażagħ li jiffurmaw il- grupp Westlife jagħmel minn kollox biex jgħinhom, mingħir ma jidher li qed jippridkalhom. Ikun magħhom meta jkunu qed jirrekorjaw fl- istudjo u ferħan ħafna bis- suċċess kbir li qegħdin jagħmlu.

 

Sadanittant, lil Ronan il- fans japprezzawh l- aktar minħabba fil- vuċi sabiħa tiegħu, li ġabitlu suċċess solo bis- single “When you say nothing at all” mill- film popolari ta Hugh Grant u Julia Roberts, Nothing Hill. Ħaġa stramba tkunu tafu li meta kien żgħir kien tkeċċa mill- kor ta’ l- iskola għax l- għalliem kien qal li ma kienx jaf ikanta!

Huwa twil ħames piedi u disa’ pulzieri (175ċm), u jiżen għaxar stones. Il- passatempi tiegħu huma il- ġiri, l- għawm, u li jtellaq bil- karozzi. Għandu erba’ ħutu (tlett subien u tifla), kollha akbar minnu. Ronan huwa wkoll superstizzjuż. Dejjem iżomm biċċa stick mas- saba’ t- twil tal- lemin, għax jemmen li din iġġblu x- xorti tajba.

Forsi li jmiss issa huma l- films għal Ronan Keating. Min jaf x’għad joħroġ mill- kuntatt li ffirma ma’ l- Aġenzija tal- Films William Morris ta’ Los Angeles?

 
copyright 2008 - www.werrej.com